Thursday, 7 February 2008
Australian - Gozitan Connections
Illum fuq il-facebook tieghi, wiehed mill-messaggi huwa m'ghand certa Marlene Galea mill-Awstralja li ghandha konnessjonijiet ma' Ghawdex. Vera hadt gost. Marlene kienet Ghawdex m'ilhux u ghamlitli xi ntervisti ghal fuq l-SBS Radio (Australia). Tista' tisma' din l-intervista jew din l- intervista dwar il-Fondazzjoni li mmexxi jien u x-xoghol li hloqt marbut ma' l-agro u l-eko turizmu f'Ghawdex. Anke kont laqqajtha ma' xi bdiewa u hadet numru ta' intervisti ohra.
Kitbitli hekk:
"L-ewwelnett awguri - ser issir papa'! Awguri lilek u lil Miriam. U x'tahseb bl-elezzjoni? ikun hemm bidla jew il-PN jibqa'? Kif qed thossu bhala AD - innutajt li tajtu hafna priorita' lil Ghawdex - thossu li l-kampanja tirrizulta f'aktar voti u fingers crossed, rapprezentanza fil-parlament?"
Wegibtha hekk:
Ghaziza Marlene,
Grazzi ta' l-awguri.
Ninsab ecitat li ser insir papa' :)
Dwar l-elezzjoni nahseb u nhoss li dan hu zmien ta' bidla fejn ghall-ewwel darba ser ikollna Alternattiva f'koalizzjoni ma' partit iehor sabiex jigi ffurmat Gvern li jahdem fl-interess tal-Maltin u l-Ghawdxin kollha. B'hekk ma jibqalniex aktar Gvern Nazzjonalista jew Gvern Laburista. Ser ikollna Gvern Malti! Ser insiru tassew Ewropej.
Dwar il-kumment tieghek li l-AD tat hafna importanza lil Ghawdex huwa fatt.
Huwa rizultat ta' l-impenn li Alternattiva trid issalva lil din il-gzira sabiha minn halq l-ilpup li jridu jibilghu kollox wahedhom.
Gharafna li l-ekonomija t'Ghawdex tiddependi mis-sbuhija tal-gzira taghna.
Gharafna li l-Ghawdxin huma nies habrieka u huma kburin li huma Ghawdxin.
Gharafna li s-sistema fewdali ta' favuri u pjaciri lill-hbieb tal-hbieb mhux qed tahdem fl-interess t'Ghawdex.
Nafu li l-Ghawdxin ma jridux min jigdbilhom jew jidhaq bihom. Iridu politika gdida u nadifa.
Nistiednek tidhol fil-website tieghi u taqra aktar dwar il-propsti ('l fuq minn 100) specifikament ghal Ghawdex.
Zgur li l-Alternattiva Demokratika f'Ghawdex ser ikollha rizultati li qatt ma' kellha bhalhom qabel. L-Ghawdxin indunaw li jistghu juzaw lill-AD bhala l-aqwa ghodda taghhom ghax jafu li ahna biss lesti li nahdmu fl-interess t'Ghawdex u mhux fl-interess tal-partit.
Nixtieq nikteb dwar ir-rispons tajjeb immens li qed insib meta familji Ghawdxin jistidnuni mmur niltaqa' maghhom bhala l-Kandidat li hiereg f'isem Alternattiva. L-Ghawdxin ghandhom ghatx kbir biex ikunu jafu il-verita' dwar il-vantaggi u l-izvantaggi tas-shubija fl-EU. L-Ghawdxin jafu li ahna qatt ma' dhaqna bihom.
Illum gie fuqi wiehed kaccatur. Nafu. Kif resaq fuqi ghidt f'qalbi 'dan biex gej!?'.
Aqta x'qalli?
"Jien Kaccatur. Qatt ma hmilt lill-Alternattiva. Imma ibqa' cert li din id-darba ha nivvota ghalik"
"Sieheb" ghidtlu jien. "Inti taf li jien ma naqbilx mall-kacca fir-Rebbiegha".
"Ghalhekk ser nivvutalek. Ghax naf li intom ta' l-Alternattiva QATT ma dhaqtu bina l-kaccaturi n-nassaba. Dejjem ghidtu l-verita'. Nahlef fuq ruh ommi li n-Number 1 ghalik."
Imbaghad kompla ighidli....
"Pero' imbaghad it-2 ul-kumplament ser inkompli fuq il-partit tal- (none of your business), ghax il-barba (ziju) tal-mara hiereg ukoll ghal pulitka"
"Grazzi" ghidtlu jien.
"Isma' huj, ara ma tmowrx issemminej ma' xa hadd tofx"
"Serrah rasek sieheb"
U ser inzomm il-kelma.....mhux ser nghid min hu.
Bil-haqq lill-Marlene ghidtilha ssellili ghall-5 huti u l-familji taghhom li ghandi f'Sydney.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment