Saturday, 9 February 2008
Entuzjazmu jew Ipokrezija?
Illum flejt sewwa l-flyers ta' xi kandidati Ghawdxin li rcevejt id-dar u rajt ukoll x'qed ighidu fuq il-mezzi ta' l-istampa.
Haga ta' l-ghageb sibt xi haga komuni bejn xi kandidati tal-PN u dawk tal-Lejber.
Taf x'inhi?
ENTUZJAZMU
X'tahseb eh?
Mhix tajba jew?
U allura il-kumment tieghi hu:
Ghaliex l-entuzjazmu biss waqt kampanja elettorali?
Fejn kien l-entuzjazmu ta' dawn il-kandidati Ghawdxin meta ppotestajt kontra l-proposta ghall-zvilupp ghal qerda ta' Ta' Cenc?
Fejn kien l-entuzjazmu ta' dawn il-kandidati fil-protesta gewwa r-Ramla l-Hamra f'xemx taqli l-ankri tas-2.00pm nhar l-10 ta' Gunju 2007 fuq ir-ramel jikwi tar-Ramla?
Fejn hu l-entuzjazmu biex insalvaw Hondoq ir-Rummien?
Fejn kien l-entuzjazmu sabiex jigi salvat it-Torri tax-Xlendi milli jaqa'?
Fejn kien l-entuzjazmu meta morna nnaddfu iz-zibel u hmieg li hemm fis-salini storici wara it-Torri tal-Qbajjar?
Fejn hu l-entuzjazmu ta' dawn il-kandidati sabiex tigi ndirizzata l-ligi ingusta dwar il-kera?
Fejn hu l-entuzjazmu sabiex jippromwovu catamaran dirett minn Sqallija ghal Ghawdex?
Fejn hu l-entuzjazmu sabiex Ghawdex ikollu rapprezentanza gusta?
Fejn hu l-entuzjajzmu sabiex nghidu l-VERITA' lill-kaccaturi u lin-nassaba?
Fejn u l-entuzjazmu sabiex tigi riformata l-MEPA?
Fejn hu l-entuzjazmu sabiex jigi riformat il-Ministeru ghal Ghawdex?
Fejn hu l-entuzjazmu sabiex jigi riformat it-trasport pubbliku f'Ghawdex?
u l-lista tkompli...
Ghalija li tghid li int entuzjazmat ftit granet qabel l-elezzjoni, hija ipokrezija.
Ivvota ghal bidla ta' Veru.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment