Saturday, 9 February 2008

Xi haga dwar Hondoq


Illum, bhas-soltu tajt titwila fil-blog ta' siehbi l-Perit Carmel Cacopardo. Il-Perit jaf x'inhu ighid. Ghandi rispett kbir lejh ghax minbarra li huwa persuna inkorruttibbli, ghandu ghal qalbu lil Gzira t'Ghawdex.

Illum, il-perit kiteb dwar 'demokrazija fl-Ippjanar' u jispjega kif fil-Manifest ghall-Koalizzjoni l-AD qed tipproponi li progetti li dwarhom isir EIA (Environmental Impact Assessment) ikunu soggetti ghal referendum lokali.

Dan ikun jista’ jissejjah mir-residenti (10%) jew mill-Kunsill Lokali taghhom. Fejn progett ikun f’iktar minn lokalita’ wahda ikunu r-residenti w il-Kunsilli Lokali tal-lokalitajiet kollha direttament effettwati li jkunu jistghu jsejhu r-referendum lokali.

Id-decizjoni tar-referendum lokali jkun jorbot.

Dan ifisser illi wara li l-MEPA tigbor l-informazzjoni kollha u tassigura li l-process tekniku tal-pjanti u l-istudji jkun konkluz, tpoggi l-proposta ghall-konsiderazzjoni tal-pubbliku.

Jekk jintalab referedum fiz-zmien li jkun stabilit dan isir a spejjes tal-izviluppatur. Jekk il-progett ikun wiehed tal-Gvern ikun il-Gvern li jhallas.

Id-decizjoni tar-residenti tkun torbot.

Dan ikun ifisser li f’kaz bhal, per ezempju dak ta’ Hondoq ir-Rummien fil-Qala Ghawdex, fejn il-Kunsill Lokali organizza referendum li fih ir-residenti tal-Qala qalu le, il-progett propost ma jsirx.

No comments: