Ilhom jistaqsuni x'qed jigri fid-Dwejra Ghawdex.
Kont smajt li n-Nature Trust (NT) akkwistat fondi mill-Ewropa sabiex tizviluppa l-inhwi tad-Dwejra Heritage Park. Dak iz-zmien kien ghadu qed jigi ffurmat il-Kumitat Regjonali ta' l-Alternattiva Demokratika f'Ghawdex. Kont tlabt laqgha man-NT sabiex inkun infurmat bil-pjan. Gentilment in-NT iltaqghu maghna u ghamlulna presentation tassew informattiva. Il-partners dak iz-zmien kien ghadhom in-NT u l-MEPA. L-idea li l-inhawi tad-Dwejra jkunu protetti ghogbitni hafna. Id-Dwejra nhobbha.Sa minn mindu kont ghadni qrempucu kont niftakarni nirkeb fil-karru tal-brumi ma' xi wiehed minn huti l-kbar. Ommi kienet tlesti bixkilla hobz biz-zejt u t-tadam u fil-kumplament tal-karru kont issib qabda dulliegh u bettieh. Mur xebbaghhom 9 t'itfal!?
Allura mill-Gharb konna nerhula ghad-Dwejra bil-brumi u nqattghu gurnata shiha l-bahar.
Hafna mill-girien taghna kellhom kamra fil-Qawra - dik il-parti tad-Dwejra fejn hemm l-ghar. Ahna kamra ma kellniex u allura konna nfittxu l-kenn tad-dell tal-blat fiz-Zirka - hdejn it-Tieqa tad-Dwejra. Kien ikun hemm il-frisk.
Ghandi memorji sbieh....il-qabri, l-imhar, rizzi u mbaghad fil-hofra tal-bidwin kont issib l-isbah gharusa!
Insomma...
Nergghu nigi ghal dan l-imbierek park tad-Dwejra. Kont tlabt lin-NT sabiex izommuni infurmat meta kellhom jaghmlu xi konsultazzjoni pubblika mar-residenti.
L-ewwel laqgha pubblika saret fl-NGO resource centre hdejn ic-Cimiterju tax-Xewkija. Mort. Kien hemm kocc nies mill-Gharb u San Lawrenz. Il-prezentazzjoni kont rajtha, imma ma ddejjaqtx nerga naraha. Interessanti kienu l-mistoqsijiet mir-residenti.
Wiehed staqsa:
"Imma meta nbniet il-kamra taghna ma kellniex bzonn permess dak iz-zmien. Issa x'ser jigri?
L-iehor:
"Allura issa mank nassa ma tista titfa' l-bahar?"
l-iehor:
"Tghidulix li ma nistax immur nonsob aktar minn fuq il-port tad-Dwejra."
l-iehor:
"Ghax ma tarawx il-barrieri llegali li hemm fl-inhawi tad-Dwejra, mela se taqbdu mall-mutla tal-konkos li ghamilt quddiem il-kamra biex inkun nista' ntella u nnizzel id-dghajsa?"
u mitt mistoqsija ohra.
Indunajt kemm l-Ghawdxin ma joqghodux lura meta tolqothom fil-laham il-haj. Dik il-laqgha ghaddiet. Niftakarni naghti parir lil tan-NT sabiex jorganizzaw aktar laqghat fil-lokalitajiet ta' San Lawrenz u l-Gharb u widdibt sabiex ma' jdahhlux lis-sindki jew politikanti fl-immanigjar tal-progett.
Saru diversi laqghat ohrajn.
Attendejt ohra li saret fis-sala ta' l-iskola primarja ta' San Lawrenz.
Gibt ghajnejja wara widnejja.
Nara zewgt sindki Nazzjonalisti mdawwrin b'qabda nassaba. Is-Sindki jinkuragguhom jidhlu fis-sala. Dawk li gew minn Kercem poggew mas-sindku taghhom fuq quddiem nett. Jien bqajt bil-qieghda fuq wara nett. F'qalbi ghidt...'gej in-****'.
U hekk kien.
Min ighid li ghandu bicca raba 'l hawn li ma jridx tkun inkuza fil-park ghax ikun iridha ghall-insib. Min iwissi li ghandu bicca ghalqa imhallsa cens u ma jridx icediha, min ighid li ilu jonsob hemm is-snin u ha jgennuh jekk ma jhalluhx aktar jonsob. (U hawn is-sindku qabez jiddefendi l-hobby tal-votanti tieghu). Dawk li soltu jinzlu bil-karozza jew landrover bezghu li ma jistghux jinzlu aktar bil-makkinarju fil-Qawra. Insomma min ighid haga u min ighid ohra. Niftakar li kien hemm hafna oggezzjonijiet ghall-istrutturi ta' bini bhal 'visitor's centre' li kienu qed jipproponu. Kien hemm min qal li jekk it-Torri tad-Dwejra jkun uzat bhala visiotr's centre ikun bizzejjed - m'hemmx ghalfejn tinbena struttura ohra.
Imma l-aktar li personalment taghni ghafsa ta' qalb kien meta thabbar li ser jigi ffurmat id-Dwejra Steering Committee iffurmat minn raprezentanza tal-Ministru ghal Ghawdex, mill-MEPA, mill-Kunsill ta' San Lawrenz u n-NT. Arawhom xbin :)
Ergajt ftakart fit-thassib tieghi li tkun hasra li tidhol il-politika f'dan il-progett ukoll.
Ghal zmien twil ma smajt xejn aktar dwar l-imbierek progett tad-Dwejra.
Ricenti pero' kelli stedina minn NT rigward ktieb li ppubblikaw dwar il-heritage park tad-Dwejra. Ma gejtx misteieden bhala Alternattiva Demokratika izda bhala ic-chairman ta' l-Ager Foundation. Mort u xtrajtu. Ktieb bellezza. Nirrakkomandak. Smajt ukoll li fit-Torri tad-Dwejra gie mpjegat persuna speci ta' green warden.
Imbaghad ma smajt xejn aktar hlief aktar recenti l-Kumitat Regjonali ta' l-Alternattiva Demokratika - Ghawdex, bdejna nircievu qabda e-mails u telefonati anonimi dwar 'tahwid li qed isir fid-Dwejra'. Bhal kull e-mail anonima ohra, dawn gew mitfugha fir-recycle bin minnufih. Bhalma jien ma nibzax mill-verita', nippretendi li min m'ghandux dnub m'ghandux minn min jisthi. Qatt ma' blajt lill-hadd....la bil-hobz u lanqas b'xejn.
Illum jien ukoll flimkien mal-Kelliem ta' l-Alternattiva Demokratika ghall-izvilupp Sostenibbli il-Perit Carmel Cacopardo, ninghaqad mal-NGOs ambjentali Birdlife Malta, Din L-Art Helwa, Flimkien Ghal Ambjent Ahjar, Friends of the Earth Malta, Gaia Foundation, Light Pollution Awareness Group, Nature Trust (Malta) u Ramblers Association fil-kundanna taghhom ghall-vandalizmu ricenti fid-Dwejra Ghawdex.Il-hsara m'hi tajba ghal hadd. Jekk hemm xi rabja , din tista' tigi ndirizzata mod iehor. Il-vandalizmu huwa manifestazzjoni ta' xi hadd jew xi whud li qed jibza'. Biza' minn xhiex? Min min? Kemm ser indumu nghixu f'sistema fewdali? Fit-8 ta' Marzu ser issir elezzjoni generali f'Malta u anke f'Ghawdex.
Zgur li 'l quddiem ser nisimghu aktar dwar id-Dwejra...
3 comments:
mod tajjeb hafna kif wiehed jaghmel il-messagg politikutieghu tieghu f'dawn iz-zminijiet fejn kulhadd ghajjien jisma l-istess diska tas-soltu taz-zewg partiti
Id-dahka tal-ministru ghall-Ghawdex fiha x'tifhem.
what is the great benefit of having an'interpretive center' compared to the natural beauty of Dwejra?
Post a Comment