Tuesday, 5 February 2008
Naqblu. Iva, koalizzjoni hija possibli.
Il-bierah ircevejt SMS m'ghand kandidat tal-PN li bhali hiereg fuq id-distrett t'Ghawdex. Pero' dan hiereg taht il-bandiera tal-PN. Mhux l-ewwel darba li rcevejt SMS minn ghandu. Fil-Milied ukoll ircevejt xewqat sbieh. Hadd gost. Dak iz-zmien ma rrispondejtx lura l-SMS bhalma naghmel is-soltu. Probabli ghax kont imhabbat. Imma l-bierah, meta rgajt ircevejt l-SMS minn ghandu hassejt li ghandi niktiblu lura.
Kull darba li nipprova nikteb l-SMS, idoqqli l-mobile u allura l-SMS jithassar. Ergajt ippruvajt u gara l-istess. Qbadt u cempiltlu.
Imma ha nghidilkom ghaliex. Ghax fil-messagg li bghatli kiteb hekk:
'Illum bdiet il-kampanja elettorali.
Ejja nitkellmu dwar dak li jghaqqaddna -
ix-xewqa li naraw Ghawdex dejjem ahjar.
Iva flimkien kollox possibbli'
U allura kelli ragun nirrispondih, mhux hekk?
X'ghidtlu?
"Aw sieheb. Grazzi ta' l-SMS"
"Min int?"
"Jien Victor"
"Victor Min"
"Victor Galea"
"Victor Galea bhalissa?"
"Jien Victor Galea ta' l-Alternattiva. Mill-Gharb..."
"Aw Vic!"
"Naqbel Naqbel"
"Dwar xhiex?"
"Li flimkien kollox possibli hux."
U bqajna nirragunaw ftit insomma. Jien awgurajtlu u hu awgurali l-istess.
Tassew flimkien kollox possibli. Imma flimkien min?
Flimkien ifisser tal-PN u tal-qalba?
Flimkien ifisser tal-Lejber u tal-qalba?
Jew inkella flimkien il-Maltin kollha...huma min huma?
Ninsab cert li int li qed taqra tixtieq li xi darba naslu biex ikollna Gvern Malti u mhux Gvern Nazzjonalista jew Gvern Laburista.
U ha nghidlek...
Iva dan huwa possibbli.
Bil-vot tieghek lill-Alternattiva tista' iggib bidla ta' veru fi tmexxija ta' Malta. Jibda jkollna Gvern ta' koalizzjoni u mhux aktar gvern immexxi minn partit wiehed li jahdem flimkien man-nies ta' gewwa.
Bil-vot tieghek lil Alternattiva jkollna Gvern Malti li jgib lill-Maltin u l-Ghawdxin kollha jahdmu flimkien fl-interess tal-pajjiz u mhux tal-partit.
Naqblu. Dan hu possibli bil-vot tieghek lill-AD.
Grazzi
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
1 comment:
Din tal-flimkien... huwa biss slogan konvenjenti ghall-jiem tal-elezzjoni. L-AD u ohrajn ghandhom esperjenza qarsa minnha din ghax wara li kienu fuq l-istess pjattaforma kienu kkunsidrati flimkien biss sa dak inhar tas-shubija ghax wara, kemm l-attivitajiet kif ukoll il-hidma tal-AD qatt ma dehret fuq il-mezzi tax-xandir ta' min illum iridna nemmnuh li jixtieq imexxi bil-flimkien. Din il-flimkien tfisser huma u tac-cirku ristrett tal-qalba. Mhux ta' b'xejn li hafna Nazzjonalisti qed ihossuhom emarginati mill-istess partit taghhom ghax billi huma verament ghandhom ghal qalbhom l-ambjent naturali ta' malta rawh dessakrat u mbiccer quddiem ghajnejhom stess ghax dak il-hin il-prim kien bi flimkien ried jifhem biss jiena u l-kuntratturi + l-ispekulaturi.
Saviour
Post a Comment